Il-midfielder ta’ PSG Marco Verratti ħabbar uffiċjalment li mhux se jibqa’ jaħdem ma’ Donato Di Campli u issa hu klijent tal-aġent Mino Raiola.
Raiola hu wieħed mill-aktar aġenti famużi fid-dinja u f’dawn l-aħħar snin kien il-moħħ wara t-trasferimenti ta’ Pogba u Ibrahimovic ma’ Manchester Utd.
Jidher li Verratti ma kienx kuntent bil-mod ta’ kif tkellem l-eksaġent tiegħu meta ftit jiem ilu qal li Verratti hu attwalment ħabsi ta’ PSG.
Verratti kien pront ċaħad li qed iħossu hekk mal-klabb Franċiż, anke jekk mhux sigriet li dan jixtieq jilgħab ma’ Barcelona.
//= $special ?>