Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar għall-kura wara li llum waranofsinhar weġġa’ f’ħabta fi Fleur-de-Lys. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4p.m. meta għal xi raġuni kien hemm impatt bjen karozza u mutur waqt li t-tnejn li huma kienu qed iduru mar-roundabout ta’ Fleur-de-Lys.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet is-sewwieq ta’ mutur l-isptar Mater Dei għall-kura.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>