Internazzjonali

Xokk għall-mewt ta’ Chester Bennington, il-kantant ta’ Linkin Park

Id-dinja tal-mużika Rock inħasdet bl-aħbar li Chester Bennington, il-kantant tal-grupp Amerikan Linkin Park, neħħa ħajtu b’idu.

L-iżviluppi ta’ dan il-każ xokkanti għadhom deħlin iżda magħruf li l-kantant, ta’ 41 sena,  instab mejjet fid-dar tiegħu f’Kalifornja, fl-Istati Uniti.

Filwaqt li kien ukoll ikanta mal-grupp mużikali Dead by Sunrise, Chester kien miżżewweġ u kellu sitt itfal.