Espressjoni ta’ għaqda mill-erba’ kandidati li poġġew isimhom biex ikunu l-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Dan hekk kif l-erba’ kandidati, Adrian Delia, Alex Perici Calascione, Frank Portelli, u Chris Said iltaqgħu flimkien għal kafè f’laqgħa informali għall-aħħar fil-Belt Valletta.
Sakemm kienu qed jieħdu kafè flimkien, ma naqsux persuni li kienu għaddejjin minn Triq ir-Reppubblika, u li malli raw lill-erba’ kandidati flimkien, waqfu biex jitkellmu magħhom.
In-nominazzjonijiet għal Kap tal-Partit Nazzjonalista fetħu t-Tnejn li għadda u għalqu l-Erbgħa.
Fl-ewwel fażi għall-għażla tal-Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, se jkun il-Kunsill Ġenerali li jivvota biex jagħżel żewġ kandidati li jikkontestaw f’elezzjoni ferm aktar wiegħsa li fiha jistgħu jivvutaw it-tesserati kollha tal-Partit Nazzjonalista.
Sa Settembru li ġej, il-Partit Nazzjonalista mistenni jkollu l-Kap ġdid, bil-kumplament tat-tmexxija tkun eletta f’proċess li jibda wara l-għażla tal-Kap il-ġdid.
//= $special ?>