Fi stqarrija l-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap Ġdid tal-PN Adrian Delia qal li waqt laqgħa li se ssir illejla bejn il-kandidati kollha għal din il-kariga, se jkun qed jitlob biex jingħata appoġġ mingħajr ebda kundizzjoni lill-Kap tal-PN. Dan għaliex il-PN kien, għadu u jibqa’ t-tarka għad-demokrazija.
Adrian Delia qal li l-kandidati kollha għandhom l-ideat tagħhom u proposti validi fuq temi differenti iżda fejn jidħol il-ħarsien tad-demokrazija u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni iridu jkunu leħen wieħed.
//= $special ?>