Illum ikompli t-tielet rawnd tal-kampjonat tal-kwart ta’ mil fit-trakka tal-Assocjazzjoni Maltija tad-Drag Racing. Bħal kull sena minħabba s-sħana, dan ir-rawnd isir matul il-lejl u allura joħloq spettaklu ferm differenti mill-oħrajn.
Għal dan ir-rawnd se jerġa’ jkun hawn numru ta’ kompetituri barranin fosthom mill-Italja kif ukoll mill-Greċja u b’hekk in-numru ta’ kompetituri qabeż is-60 sewwieq.
L-avveniment li jismu Flames Of Fire, se jibqa’ għaddej sas-Sibt 22 ta’ Lulju mis-6.00pm ‘il quddiem. Il-pubbliku hu mistieden biex igawdi dan l-ispettaklu fit-trakka tal-assoċjazzjoni f’Ħal Far.
Fi tmiem il-ġimgħa żewġt sewwieqa oħra wkoll Maltin, se jkunu qegħdin jikkompetu fit-33 edizzjoni tal-Hillclimb “Coppa Val d’Anapo” f’ Sortino f’Siracusa fi Sqallija.
Joe Anastasi fuq mini u Mark Micallef fuq Radical se jkunu qed jieħdu sehem f’din it-tellieqa fuq distanza ta’ 7.2 kilometri. Kemm Anastasi u Micallef huma żewġ xufiera ta’ esperjenza u għandom warajhom numru ta’ suċċessi kemm hawn Malta kif ukoll fi Sqallija.
//= $special ?>