Serb ta’ 54 sena weġġa gravi wara li waqa’ minn għoli waqt li kien qed jaħdem fuq scaffolding.
Kien għall-ħabta tat-tmienja u nofs li l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom ġewwa lukanda fi Triq Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra marru fil-post u rriżulta, li Serb ta’ 54 sena, residenti l-Imsida kien qed jaħdem fuq scaffolding meta għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar metru u nofs.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei, fejn iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-każ għadha għaddejja.
//= $special ?>