Mill-Istati Uniti ħarġet l-aħbar sorpriża li Sean Spicer ikkonferma r-riżenja tiegħu minn Segretarju Stampa tal-White House ta’ Washington.
Qed jingħad li bir-riżenja tiegħu, Spicer ried iwassal messaġġ ta’ protesta dwar ir-ristrutturizzazzjoni tat-team tal-komunikazzjonijiet fil-White House. Jidher ukoll li Spicer xejn mhu kuntent dwar l-għażla ta’ direttur ġdid għall-komunikazzjonijiet mill-President Amerikan, Donald Trump.
Intant, Anthony Scaramucci, protagonista fis-settur tal-finanzi u magħruf sew fiċ-ċirkli ta’ Wall Street intgħażel biex jimla r-rwol ta’ direttur imsemmi li Spicer kellu responsabbiltà parzjali għalih.
Il-bidliet fil-qasam tal-komunikazzjonijiet tal-White House qed isiru fost l-investigazzjonijiet dwar l-allegat indħil tar-Russja fl-elezzjoni tas-sena l-oħra għall-Presidenza tal-Istati Uniti. L-investigazzjoni qed tikkonċentra fuq il-possibbiltà li l-attivisti Amerikani li mexxew il-kampanja elettorali tar-Repubblikan, Donald Trump, dak iż-żmien, kienu ‘ħadmu b’kollaborazzjoni ma’ Moska’.
Sadanittant, in-New York Times irrappurtat li Sean Spicer huwan’mija-fil-mija’ kontra l-ħatra ta’ Scaramucci mill-White House li hu qed iqis bħala ‘żball gravi’.
//= $special ?>