Il-kantant famuż Kanadiż, Justin Bieber, ġie miżmum milli jtella’ kunċerti fiċ-Ċina.
L-Uffiċċju Kulturali f’Beijing fi stqarrija qal li minkejja Bieber huwa kantant b’talent kbir, mhuwiex xieraq li kantanti b’kondotta ħażina jkanta fil-pajjiż. Dan waqt li l-Uffiċċju kien qed iwieġeb mistoqsija ta’ segwaċi Ċiniż ta’ Bieber dwar għala ma kellux kunċerti skedati fiċ-Ċina fit-tur Ażjatiku.
B’dan il-pass, il-kantant Kanadiż, li tħalla jagħmel tour fiċ-Ċina fl-2013, se jingħaqad ma’ grupp ta’ mużiċisti li sabu ruħhom blacklisted bħalu fosthom il-grupp Amerikan ‘Maroon 5’ u l-band Ingliża ‘Oasis’. Din ma kinitx l-ewwel darba li l-kantant spiċċa f’nofs kontroversja fl-Asja. Dan hekk kif lura fl-2014, Bieber ddiżappunta lis-segwaċi fuq il-midja soċjali meta tella’ ritratt tiegħu jżur il-post qaddis iżda kontroversjali ta’ Yasukuni f’Tokyo.
Fit-tur Ażjatiku li se jibda f’Settembru, Bieber se jkanta fil-Ġappun, Hong Kong, il-Filippini, Singapore u l-Indonesia.
//= $special ?>