Wara l-akkwisti ta’ Douglas Costa, Wojciech Szczesny u Mattia de Sciglio, Juventus għalqu r-raba’ akkwist hekk kif laħqu ftehim ma’ Fiorentina għat-Taljan Federico Bernardeschi.
Il-Bianconeri għalqu d-diskussjonijiet ma’ Fiorentina wara kuntatti ġodda mal-klabb u mal-aġent tal-plejer Beppe Bozzo li serva ta’ medjatur għal dan it-trasferiment.
Biex dan it-trasferiment se jseħħ, Juventus aċċettaw id-dħul ta’ 10% minn possibbiltà ta’ trasferiment fil-futur tat-Taljan, biċ-Champions Taljan se jħallsu €40 miljun għal Bernardeschi.
Il-plejer mistenni jsaħħaħ il-fażi offensiva għat-tim ta’ Allegri hekk kif mistenni jingħaqad ma’ Douglas Costa u Paulo Dybala biex jilagħbu wara l-attakkant prinċipali Gonzalo Higuain. Bernardeschi se jiffirma kuntratt ta’ ħames snin b’salarju ta’ madwar €4 miljuni fis-sena.
//= $special ?>