Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak, Sebastian Kurz, waqt laqgħa fi Vjenna mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan, Angelino Alfano, qal li l-Italja għandha tieqaf iġġorr immigranti illegali mill-gżejjer tagħha, bħal-Lampedusa, lejn il-peninsula Taljana.
Alfano u Kurz ma qasmux l-istess opinjoni fil-laqgħa tant li Kurz qal l-Awstrija bi ħsiebha tagħlaq il-fruntiera f’Brenner Pass mal-Italja biex tipproteġi il-fruntiera tagħha sakemm ma jonqsux l-immigranti li jaqsmu f’din il-fruntiera mill-Italja. Huwa nnota li l-ħidmiet ta’ salvataġġ fil-Mediterran m’għandux isservi l-aċċess għaċ-ċentru tal-Ewropa.
B’reazzjoni għal dak li qal Kurz, is-Sindku ta’ Lampedusa rribatta l-istqarrija ta’ Kurz billi qal jidher fiċ-ċar li ma jafx il-kobor ta’ Lampedusa u nesa li 6,000 persuna li jħossuhom Ewropej jgħixu fuq il-gżira.
//= $special ?>