Id-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li se jibqa’ jiġġieled il-korruzzjoni u biex f’pajjiżna terġa’ tinkiseb id-demokrazija wara l-attakk li sar fuqu lbieraħ bil-barka tal-Prim Ministru, meta ċ-Chief of Staff f’Kastilja, Keith Schembri, ippreżenta kwerela biex il-Pulizija tressaq il-Qorti lill-Kap tal-Oppożizzjoni.
Ir-ritratt fl-ewwel faċċata tal-ġurnal juri lill-Prinċep William u d-Dukessa ta’ Cambridge, Kate, waqt żjara uffiċjali li qed jagħmlu fil-Ġermanja.
Stejjer oħrajn jittrattaw il-ġuri li għaddej bħalissa fil-Qorti dwar traffikar ta’ droga, il-proċess lejn l-elezzjoni ta’ Kap ġdid tal-PN li beda b’ittra lit-tesserati kollha, u d-dibattiti li saru din il-ġimgħa fil-Parlament.
Fil-paġni tal-opinjonijiet hemm illum l-analiżi ta’ Joe Zahra u r-riflessjoni ta’ Fr Mario Attard
//= $special ?>