Wara l-akkwisti ta’ Rick Karsdorp u Hector Moreno, Roma mistennija jsaħħu d-difiża bl-akkwist tad-difensur xellugi Aleksandar Kolarov. Dan hekk kif Roma rnexxielhom jilħqu ftehim ma’ Manchester City għal somma ta’ €6 miljun.
Roma kienu qed ifittxu difensur fuq il-linja xellugija, u fl-aħħar jiem kienu interessati f’Barreca ta’ Torino, iżda din l-għażla hi aktar ekonomika għal Roma hekk kif Torino talbu €15-il miljun.
Din mhix se tkun l-ewwel esperjenza għal Kolarov fl-Italja għad-difensur ta’ 31 sena. Kien fl-2007 meta Kolarov ingħaqad mal-ġirien ta’ Roma, Lazio fejn magħhom rebaħ Coppa Italia.
Imbagħad fl-2010, is-Serb ingħaqad ma’ Manchester City li dak iż-żmien kienu taħt it-tmexxija ta’ Roberto Mancini fejn lagħab 40 logħba u skorja gowl, biex minn dakinhar kien plejer regolari fit-tim.
//= $special ?>