Internazzjonali

Tnejn mejta f’terremot fil-gżira Griega ta’ Kos

Kos, IL-GREĊJA
Kienu għadhom kif skorrew nofsillejl tal-Ġimgħa filgħodu meta terremot qawwi fil-baħar Eġew qatel mill-inqas tlett persuni u darab madwar 100 ruħ oħra fil-grigal tal-gżira Griega ta’ Kos, qrib il-kosta Torka, b’qawwa ta’ 6.7 fl-iskala Richter Il-pulizija identifikat lil żewġ vittimi bħala Svediż u Tork li mietu wara ntradmu taħt it-tifrik ta’ ħajt.

Kos kienet l-eqreb tal-epiċentru tat-teremot u ftit wara, il-port ta’ din il-gżira intlaqat minn tsunami żgħir li għarraq iz-zona ta’ madwar il-port. Mewġ imdaqqas laqat ukoll il-belt ta’ Bodrum fit-Turkija u wkoll post popolari mat-turisti. L-armata Griega qiegħda tassisti lil dawk affettwati mit-terremoti b’ħidma ta’ salvataġġ. Anki fit-Turkija hemm għadd ta’ nies li weġgħu fil-belt ta’ Bodrum.