L-avventura ta’ Valletta fil-UEFA Europa League intemmet fit-tieni leg tat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni meta sfaw megħluba minn Utrecht tal-Olanda bl-iskor ta’ 3-1 biex Utrecht għaddew ghal fazi li jmiss b’aggregate tal-istess rizultat . Dan kollu wara li fl-ewwel leg fil-Hibernians Stadium il-partita intemmet fi draw ta’ 0-0 .
Kif kien mistenni Utrecht fethu fuq l-offensiva bil-Beltin prudenti izda kostretti li jiddefendu ghal hinijiet twal.
Kien Sean Klaiber li fid-19 il-minuta minn cross ta’ Yassin Ayoub b’xutt mill-ewwel gheleb lil Henry Bonello biex fetah l-iskor ghal Utrecht. Bonello kien wkoll prominenti b’save fuq Simon Makienok. Rizultat li bih intemmet l-ewwel taqsima.
L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess . Madankollu fl-ahhar kwarta loghob zdiedet il-pressjoni minn Utrecht fejn fis-76 minuta William Janssen bir-ras irdoppja u l-partita litteralment intemment. Aktar u aktar wara li fit-83 minuta kien il-Marokkin Zakaria Labyad li ghamel l-iskor 3 – 0.
Reazzjoni minn Valletta li minuti wara naqqsu l-marġni tal-iskor,meta minn azzjoni ta’ corner kien Santiago Malano li gheleb lil Jansen u ghamel l-iskor aktar rispettabbli ghal Valletta.
//= $special ?>