Żewġ żgħażagħ matul il-lejl li għadda dehru jduru mat-toroq tas-Swieqi b’tabella tan-No Entry li qalgħu minn mal-ġenb tat-triq.
Dan kollu seħħ ftit qabel l-04:15, bil-vandali jinqabdu f’kameras tas-sigurtà tar-residenti tal-madwar li ilhom snin għaddejjin minn martirju ta’ vandaliżmu, storbju u nies fis-sakra jduru mat-toroq.
F’dan il-każ partikolari, iż-żgħażagħ saħansitra jidhru jieħdu ritratt ta’ xulxin bit-tabela f’idejhom bħallikieku eroj li rnexxielhom jagħmlu xi bravata. Dan qabel poġġew it-tabella fuq ħoġor ta’ ċint ta’ residenza privata.
Immedjatament ir-residenti ressqu lment mal-Pulizija, li waslu fil-post ftit wara iżda kien tard wisq. Minkejja li l-Pulizija komplew bir-ronda għal xi ħin, iż-żgħażagħ kienu laħqu għebu mill-post.
//= $special ?>