L-Awditur Ġenerali ġie mitlub jinvestiga lill-Ministeru ta’ Għawdex minħabba nuqqas ta’ osservanza lejn il-liġi f’dak li għandu x’jaqsam mal-għoti ta’ flus mill-fond tal-għaqdiet volontarji f’Għawdex.
Dan ġie żvelat mill-gazzetta Times of Malta, li rrappurtat li kien il-Kummissarrju għall-Għaqdiet Volontarji li talab lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga.
Skont The Times, il-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji għamel din it-talba wara numru kbir ta’ nuqqasijiet li sab u li diġa rrapporta hu stess fl-2015 u l-2016. Apparti nuqqasijiet fl-għoti tal-fondi lill-għaqdiet volontarji f’Għawdex mill-Ministeru ta’ Għawdex, il-Kummissarju sab ukoll li l-Ministeru t’Għawdex mar kontra l-prinċipji tat-trasparenza u l-ġustizzja fit-tqassim ta’ dawn il-fondi.
Fost oħrajn, il-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji sab li mingħajr ma għamel sejħa għall-applikazzjonijiet, il-Ministeru ta’ Għawdex qabad €80,000 u tahom lil għaqda partikolari waħda.
Fis-snin li nstabu dawn in-nuqqasijiet, il-Ministeru ta’ Għawdex kien taħt it-tmexxija ta’ Anton Refalo.
//= $special ?>