Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta fis-Swieqi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq Ta’ l-Ibraġ fejn kien hemm impatt bejn mutur u karozza.
Kawża tal-impatt, raġel ta’ 59 sena, residenti Tas-Sliema, li kien qed isuq il-mutur, spiċċa biex waqa’ f’għalqa, madwar żewġ sulari ‘l isfel.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Is-sewwieq tal-karozza – raġel Taljan ta’ 30 sena li joqgħod in-Naxxar ma sofra l-ebda ġrieħi.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jassistu lis-sewwieq.
//= $special ?>