Sport Sport Ieħor

Chris Froome jirbaħ it-Tour de France għar-raba’ darba

Chris Froome jiċċelebra fuq il-podju war t-tmiem tat-Tour de France (Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista Britanniku ta’ Team Sky Chris Froome rebaħ it-Tour de France għar-raba’ darba fil-karriera, f’dak li hu meqjus bħala l-aktar rebħa diffiċli sa issa. Il-leader ta’ Team Sky iddeskriva t-tiġrija ta’ din is-sena bħala l-aktar wieħed missielta u viċin wara li assigura mir-rebħa s-Sibt f’time -trial u għalaq it-tour ilbieraħ bl-aħħar tappa lejn Champs-Elysees flimkien ma’ sħabu f’dik li kienet aktar sprint tat-timijiet minn dik tal-leaders innifishom. Dylan Groenwegen ta’ Lotto-Soudal rebaħ l-istadju fi sprint finali f’Pariġi wara li għeleb lil Andre Greipel b’distakk żgħir.

“Ninsab bla kliem. Hemm xi ħaġa speċjali dwar ix-Champs-Elysees meta tagħmel tliet ġimgħat taħseb li tkun hawn f’dan il-mument. Hu sabiħ ħafna li tara l-mara u t-tifel tiegħi għal darba oħra. Kull darba li erbaħt kienet unika, huma kollha speċjali imma din se tibqa’ mfakkra bħala l-aktar waħda missielta u viċina,” qal iċ-ċiklista ta’ Team Sky.

Froome spiċċa l-istadju tas-Sibt b’54 sekonda vantaġġ fuq ir-rivali tiegħu li hu l-anqas sal-lum. Fi tmiem tliet ġimgħat u 21 stadju b’aktar minn 3,500 kilometru, Froome spiċċa b’daħka kbira flimkien ma’ sħabu, li libsu flokk speċjali fl-okkażjoni, bi flokk isfar jieħu post dak blu tas-soltu.

Kif Spiċċaw

Chris Froome       Team Sky                    83:55.16

Rigoberto Uran    Cannondale Drapac +54 sekonda

Romain Bardet     AG2R La Mondiale +2.20 minuti

Mikel Landa          Team Sky                  +2.21 minuti

Fabio Aru               Astana                       +3.05 minuti

Daniel Martin       Quick-Step Floors   +4.42 minuti

Simon Yates          Orica-Scott               +6.14 minuti

Louis Meintjes      Team Emirates        +8.20 minuti

Alberto Contador Trek-Segafredo        +8.49 minuti

Warren Barguil    Team Sunweb           +9.25 minuti