B’wirja impressjonanti fl-avvenimenti tal-qbiż, il-Brittaniku Tom Daley rebaħ l-10 metri Platform fil-kampjonati tad-dinja tal-għawm li qed isiru fl-Ungerija, biex b’dan ir-riżultat irnexxielu jirbaħ id-deheb wara nuqqas ta’ tmien snin.
“Kienet kompetizzjoni kumbattuta ħafna sal-aħħar u wara dak li ġara fil-Brażil, ninsab kuntent ħafna bir-riżultat. Li ġejt hawn u nirbaħ żewġ midalji hija sensazzjoni sabiħa ħafna”.
Daley kellu għadma iebsa quddiemu biex jilħaq dan it-tragward biċ-Ċinizi Aisen Chem u Jian Yang iżommu ‘l pass tul l-avveniment kollu bl-istess Ċiniżi jkunu meqjusa bħala favoriti assoluti għad- deheb.
Madankollu huwa rnexxielu jżomm vantaġġ notevoli u b’hekk spiċċa quddiem iż-żewġ rivali tiegħu biex patta għad-diżappunt riċenti fl-Olimpjadi ta’ Rio fis-sena li għaddiet fejn kien irnexxielu jasal biss sas-semifinali.
Daley kiseb l-ewwel post b’590.95 punt, segwit minn Chen b’585.25 punt u b’Yang itemm it-tielet b’565.15 punt.
//= $special ?>