Lokali

Il-klikek jeqirdu partit – Chris Said

It-tim tiegħi huwa intom, il-Kunsilliera, tesserati u attivisti ta’ rieda tajba. Jien m’għandix tim lest, l-għażliet ta’ min ikollu liema kariga tagħmluhom intom.

Dan qalu Chris Said, kandidat għal kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija.

Il-klikek jeqirdu partit. Jeskludu lil min hu ġenwin biex jiġu aġevolati l-interessi tal-ftit. Miegħi m’hemmx klikek. Qatt ma kont ta’ klikka u bħala Kap, miegħi m’hemmx klikek, sostna Chris Said.

Chris Said fakkar kif ilbieraħ ħabbar li bħala Kap tal-PN jara li, fi żmien sentejn, is-Segretarju Ġenerali jibda jinħatar mill-Kunsilliera biex l-għażla tkun aktar rappreżentattiva.