Lokali

Impenn mill-PN fuq seba’ proposti biex il-Parlament jaħdem aħjar

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista trid li l-perijodu tas-sajf jintuża biex isiru taħditiet mal-Gvern ħalli jintlaħaq qbil fuq numru ta’ inizjattivi li għandhom jidħlu fis-seħħ hekk kif il-Parlament jerġa’ jiltaqa’ fit-2 ta’ Ottubru li ġej. Dwar dan, il-mument tkellmet ma’ David Agius, Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius qal lil il-mument li sakemm jerġa’ jiftaħ il-Parlament, il-Gvern u l-Oppożizzjoni għandhom jaħdmu flimkien u b’rispett lejn xulxin biex jinħatar il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika; Jibda jsir skrutinju ta’ ħatriet bħal ambaxxaturi u chairpersons ta’ awtoritajiet; Jibda jkun hemm ħin speċifiku fil-Parlament għal Prime Minister’s Question Time; Il-Parlament jibda jiltaqa’ f’ħinijiet aktar family friendly u b’faċilitajiet u kundizzjonijiet aħjar għad-Deputati Maltin.

David Agius qal li l-Parlament ghandu jingħata aktar fondi biex ikun jista’ jimpjega aktar ħaddiema li jkunu ta’ appoġġ u fond ta’ riċerka għad-Deputati Maltin.

Tenna li ghandhom Jibdew diskussjonijiet għar-Riforma Kostituzzjonali li tkun tinkludi l-vot liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena fl-elezzjoni ġenerali, u li mozzjonijiet privati tal-Oppożizzjoni jsiru aktar frekwenti minn dak li hemm previst illum ta’ darba kull tliet xhur.

David Agius stqarr li b’dan il-mod u bil-proposti tal-oppozizzjoni il-parlament ikun jista’ jahdem ferm ahjar.