Wara li l-Ġimgħa kien tħabbar li ntlaħaq ftehim, Aleksandar Kolarov kien preżentat bħala plejer ġdid ta’ Roma wara li l-klabb Taljan akkwista lid-difensur Serb għal somma ta’ €5 miljun. Kolarov li għandu 31 sena ffirma kuntratt sal-aħħar ta’ Ġunju tal-2020 u se jkollu salarju ta’ €2.5 miljun fis-sena.
“Ninsab kuntent li qiegħed hawn. Se nagħti l-100% tiegħi għal Roma. L-objettiv tiegħi hu dejjem l-istess li nirbaħ.”
Kolarov li lagħab aktar minn 60 logħba mat-tim nazzjonali tas-Serbja, lagħab għal seba’ staġuni ma’ Manchester City fejn rebaħ il-kampjonat darbtejn fl-2012 u fl-2014. Hu rebaħ ukoll darba l-FA Cup fl-2011 u darbtejn il-League Cup fl-2014 u fl-2016 fejn lagħab kważi 250 partita ma’ City fil-kompetizzjonijiet kollha.
Id-direttur sportiv ta’ Roma Monchi qal li Kolarov hu plejer b’esperjenza kbira li jista’ jagħti kontribut lit-tim u jemmen li se jgħin lit-tim jiżviluppa barra u fil-pitch.
Kolarov se jkun qed jingħaqad mat-tim fil-kamp ta’ taħriġ li għandhom f’Boston l-Istati Uniti.
//= $special ?>