Il-Pulizija qed tinvestiga każ fejn qattus tqaxxar ħaj fl-inħawi tal-Imdina. L-inċident, li jidher li sar jumejn ilu, ġie rrappurtat lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali dalgħodu.
Wara dan ir-rapport b’mod immedjat bdiet ħidma ta’ koordinazzjoni bejn id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u l-Pulizija biex, fejn hu possibbli, ikun identifikat min għamel dan ir-reat.
Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri, fi stqarrija qal li filwaqt li jiddeplora bil-qawwa kollha dan l-aġir kriminali, jisħaq li hemm kooperazzjoni mal-Pulizija sabiex issir ġustizzja f’dan il-każ.
Il-pubbliku inġenerali hu mitlub biex min għandu xi informazzjoni dwar il-każ jgħaddiha, anke b’mod anonimu, lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali billi jċempel fuq in-numru 1717.
//= $special ?>