Internazzjonali

Rapporti dwar attakk fuq l-ambaxxata Iżraeljana fil-Ġordan

Il-qawwiet tas-sigurtà bħalissa qed jiċċirkondaw l-ambaxxata ta’ Iżrael f’Amman, il-kapitali tal-Ġordan, fost rapporti li għadu kemm seħħ attakk fl-inħawi.

Ingħad li ngħalqu l-aċċessi kollha fil-viċinanzi tal-ambaxxata, iżda l-awtoritajiet fil-Ġordan mhumiex jagħtu dettalji speċifiċi.

Sadanittant, rapporti oħra qalu li hemm talanqas persuna mejta minbarra ‘numru ta’ midruba’, għalkemm dan ma kienx ikkonfermat mingħand is-sorsi.

L-Ambaxxata Iżraeljana għandha network ta’ sigurtà intensiva madwarha u tinsab fiz-zona ta’ Rabiyeh, li hi distrett residenzjali ta’ Amman. L-indikazzjonijiet, għalissa, huma li l-awtoritajiet Iżraeljani qegħdin jieħdu ħsieb l-evakwazzjoni tal-istaff mill-ambaxxata inkwistjoni.