Lokali

ATTENT: Jekk iċemplulek minn numru Żvizzeru, tweġibx!

Mijiet ta’ Maltin ilhom sa mill-aħħar sigħat jirċievu telefonati bla waqfien minn numru li hu rreġistrat fl-Iżvizzera.

Jidher li din hi mewġa oħra minn sensiela fl-aħħar snin ta’ scams bit-telephone, fejn persuni barranin jippruvaw iqarrqu permezz ta’ dawn it-telefonati.

Mhux magħruf s’issa jekk min jirrispondi dawn it-telefonati hux jeħel xi miżata, iżda li hu żgur hu li dawn it-telefonati qed isiru b’mod malizzjuż. Fid-dawl ta’ dan, l-appell hu biex dawn it-telefonati jkunu njorati.