Qed nieħu dan il-pass importanti fil-ħajja tiegħi u fiċ-ċirkustanzi iebsa li jinsab fihom il-PN issa li nħossni preparat biżżejjed biex nagħti l-aqwa għall-partit u għal pajjiż.
Sostna dan il-kandidat għal-Elezzjoni ta’ Kap tal-PN Adrian Delia f’kummenti lil Media.
Adrian Delia qal li qatt ma pprova jibni karriera minn fuq dahar il-politika imma issa li kiseb l-esperjenza tal-ħajja lest jofri dak kollu li għandu għas-servizz tal-partit u tal-pajjiż.
Adrian Delia qal li dan hu pass iebes ħafna għalih u għal familja imma l-kuraġġ li qed ituh in-nies jimlieh b’enerġija biex b’mod ġdid imexxi l-PN lejn ir-rebħ.
//= $special ?>