Tliet persuni nqabdu minn kameras tas-sigurtà f’attentat biex jiżgassaw residenza f’Ħal Balzan. Il-każ li seħħ il-Ġimgħa filgħaxija.
B’wieħed mill-persuni li jidher iżomm biċċa għodda f’idu, it-tliet persuni jidhru b’attenzjoni kbira għassa li kemm jista’ jkun ma jagħtux fl-għajn. Waqt li jitkellmu flimkien u jippassiġġaw, bħallikieku mhu qed jiġri xejn, huma spiss iħarsu madwarhom inkluż lejn kameras tas-sigurtà.
Fortunatament l-attentat tagħhom falla, b’residenta li kienet tinsab fuq ġewwa teħlisha ħafif. Fid-dawl ta’ dan qed isir appell lil min jista’ jkun jagħraf lil dawn il-persuni biex jagħmel rapport lill-Pulizija.
//= $special ?>