Futbol Sport

FUTBOL – Lahm ivvutat l-aqwa plejer Ġermaniż

Philipp LAHM (Bayern Muenchen),applaudiert nach Spielende in den Fanblock,Schlussjubel,Gestik, Aktion,Einzelbild,angeschnittenes Einzelmotiv,Halbfigur,halbe Figur. Fussball, DFB Pokal, FC Bayern Muenchen-VFL Wolfsburg 1-0, am 07.02.2017 A L L I A N Z ARENA.Philipp Lahm Bavaria Munich applauded After Game over in the Fanblock Final cheering Gesture Action shot Single Partly sliced Single subject Half-length Halbe Figure Football DFB Cup FC Bavaria Munich VfL Wolfsburg 1 0 at 07 02 2017 A l l I A n Z Arena

L-ekscaptain u plejer ta’ Bayern Munich Philipp Lahm ġie vvutat bħala l-aqwa plejer tal-Ġermanja għas-sena 2017.

Id-difensur ġab l-akbar ammont ta’ voti biex spiċċa quddiem Toni Kroos ta’ Real Madrid u quddiem Pierre-Emerick Aubameyang ta’ Borussia Dortmund. Kroos għen lil Real Madrid jirbħu d-‘Double’ matul l-istaġun li għadda hekk kif il-Merengues rebħu l-kampjonat u ċ-Champions League filwaqt li Aubameyang spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-Bundesliga.

Lahm irtira mill-futbol f’Mejju li għadda wara karriera twila li fiha rebaħ tmien darbiet il-kampjonat domestiku, sitt darbiet it-tazza domestika Ġermaniża, iċ-Champions League u anke t-Tazza tad-Dinja tal-2014.

Riċentament hu ġie anke nkluż fil-Hall of Fame ta’ Bayern Munich, ftit ġimgħat wara li għen lit-tim tiegħu jirbaħ il-Bundesliga.

Din hi l-ewwel darba li Lahm rebaħ dan l-unur hekk kif fil-passat spiċċa fit-tieni u fit-tielet post.