Konferma li s-sitwazzjoni fil-ħabs illum iddeterjorat sal-punt li flok il-pajjiż għandu faċilità fejn ħabsin jirriformaw ruħhom, għandna ħabs infestat bid-droga.
Fi stqarrija iffirmata mill-Viċi Kap u Kelliem għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Beppe Fenech Adami, il-Partit Nazzjonalista qed jinsisti li l-Ministru Michael Farruġia jagħti spjega kif fil-ħabs illum hemm sitwazzjoni fejn il-konsum tad-droga huwa wieħed kbir u l-awtoritajiet bħal donnu ma għandhom ebda soluzzjoni kif tiġi indirizzata din il-problema.
Dan wara li l-ġurnal Times of Malta illum żvela li kien hemm xejn inqas minn 14-il każ ta’ overdose fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin fi żmien seba’ ġimgħat.
Il-Ministru għandu jispjega min huwa responsabbli għal din is-sitwazzjoni gravi li żviluppat taħt għajnejh fi ftit ġimgħat.
Il-ħabsin u l-qraba tagħhom għandhom dritt li jkollhom rashom mistrieħa li kull min hu fil-ħabs, ma jispiċċax huwa ukoll vittma tal-konsum tad-droga.
L-istqarrija tkompli li min qiegħed il-ħabs għandu dritt għal ambjent nadif mid-droga u l-abbuż.
Beppe Fenech Adami qal li l-Partit Nazzjnalaista se jibqa’ jkun il-leħen ta’ min jitsħoqqlu protezzjoni mill-abbuż u l-ksur tal-liġi. Se jibqa’ viċin il-ħabsin li, minkejja li żbaljaw, iridu jirriformaw ruħhom.
//= $special ?>

