Elezzjoni Kap PN Lokali

FILMAT: Is-Segretarju Ġenerali magħżul mill-Kunsill Ġenerali – Chris Said

Fi tmiem il-ġimgħa, il-kandidat ghal elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Chris Said habbar zewg proposti għal kariga u struttura mill-iktar importanti tal-Partit Nazzjonalista.

L-ewwel proposta hi dwar il-ħatra tas-Segretarju Ġenerali. Chris Said qed jipproponi li l-persuna li tokkupa din il-kariga tkun magħżula mill-Kunsill Ġenerali minflok il-Kumitat Eżekuttiv. Fi kliem ieħor, is-Segretarju Ġenerali jintgħażel minn fost 1,400 Kunsillier milli l-ftit membri tal-Eżekuttiv.

It-tieni proposta mressqa mid-Deputat Chris Said hi dwar l-Elcom, il-kummissjoni li tieħu ħsieb l-elezzjonijiet.

Chris Said qed jipproponi li l-Elcom tkun rappreżentata kemm fil-Kunsill Ġenerali kif ukoll fl-Eżekuttiv u tkun amministrata minn bord apposta.

Id-data, l-istħarriġ, ir-riċerka u t-tesserament jgħaddu taħt ir-responsabbilta’ tal-Elcom. Dan bil-għan biex il-Partit Nazzjonalista ikun organizzat aħjar għall-elezzjonijiet, bl-ewwel test importanti ikunu l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali fl-2019.