Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8:30pm il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom ġewwa l-Bajja ta’ San Tumas fiż-żona magħrufa bħala tal-Fajtata, f’Marsaskala.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fil-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel Sirjan żelaq u waqa’ fuq il-blat. Sakemm waslet ambulanza, membri mis-soċjeta` tas-Salib l-Aħmar assistew lill-vittma.
Ir-raġel aktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.
//= $special ?>