Filwaqt li hu tajjeb li jkun hemm analiżi u interpretazzjoni sinċiera u fil-fond tar-riżultat elettorali, il-kampanja u l-proċess għall-ħatra ta’ Kap tal-PN għandhom iħarsu lejn il-futur. Din il-kampanja hi dwar il-futur u mhux dwar il-passat.
Sostna dan Alex Perici Calascione, kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN fejn qal li filwaqt li l-esperjenza hi xi ħaġa li żżid il-valur u li għandna nitgħallmu mill-esperjenzi tal-passat, l-istess passat m’għandux m’għandux jikkondizzjona l-ħsieb u l-azzjoni.
Alex Perici Calascione qal li t-triq ‘il quddiem hi msejsa fuq tliet realtajiet
L-Ewwel hi l-għaqda. Għaqda fil-Partit fl-istrutturi kollha tiegħu li ssib l-għeruq tagħha fil-valuri u prinċipji kif imfissra fl-Istatut. Alex Perici Calascione qal li dawn il-valuri u prinċipji għandho applikazzjoni wiesa’ u fl-istess waqt iservu bħala pedament għal konverġenza bejn opinjonijiet differenti.
It-Tieni hi l-parteċipazzjoni. Din il-parteċipazzjoni għandha tkun wiesa’ u tilħaq l-istrutturi kollha tal-partit f’kull livell.
It-Tielet hi analiżi fil-fond dwar kif inhi magħmula s-soċjeta’ Maltija tal-lum biex ikunu magħrufa l-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tan-nies.
//= $special ?>