Ambjent Lokali

Wara d-deckchairs…jitfaċċaw it-tined fuq il-bajja

Fil-bajja tal-Armier kmieni dalgħodu tfaċċat numru ta’ tined illi okkupaw partijiet kbar tal-bajja. Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa saret ħidma sabiex il-bajja tal-armier, u bajjiet oħrajn, jerġgħu jiġu żgumbrati mill-ammont straordinarju ta’ deckchairs, umbrelel u sunbeds illi kienu qed jokkupawha.

Fuq il-media soċjali tfaċċaw numru ta’ ilmenti minn nies illi dehru irrabjati għal dawn it-tined.

Fi tmiem il-ġimgħa, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) flimkien ma’ membri tal-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit għamlu rejd il-bajjiet ta’ madwar l-Armier fil-Mellieħa, fejn ikkonfiskaw mijiet ta’ sunbeds minħabba li l-operaturi fil-bajja ma kienux qed jahdmu skont il-permessi mgħotija.