Is-servizzi għall-emerġenza fix-Xlokk ta’ Franza qed jikkumbattu nirien qalb foresta li kienu xprunati mis-sħana kbira u l-irwiefen kontinwi fl-inħawi.
In-nirien, fl-aħħar sigħat, affettwaw l-aktar il-gżira ta’ Korsika, flimkien mal-inħawi qrib l-ibliet ta’ Nizza u Saint-Tropez. Dan waqt li mijiet ta’ djar spiċċaw evakwati bħala prekawzjoni.
L-awtoritajiet tad-difiża ċivili Franċiżi fissru s-sitwazzjoni bħala waħda ferm perikoluża, fost l-isforzi intensivi biex in-nirien ikunu kontrollati.
//= $special ?>