Ambjent Lokali

ATTENT: Ma tistax iddendel xugaman ma’ umbrella

Tkompli l-kontroversja dwar il-bajjiet, id-deckchairs u t-tined

L-Awtorita’ tat-Turiżmu (MTA) u l-Awtorita’ tal-Artijiet qed jagħmluha ċara li ħadd ma jista’ idendel xugaman ma’ umbrellel illi jkunu fuq il-bajja.

Wara l-kontroversja li qamet ilbieraħ meta NetNews.com.mt ippubblika r-ritratti ta’ tined jokkupaw il-bajja tal-Armier, l-MTA u l-Lands ħarġu stqarrija fejn ikkonfermaw illi l-ebda tinda ma tista’ tostakola n-naħa ta’ quddiem tal-bajjiet. Dan jinkludi ukoll umbrellel illi jkunu mgħottijin bix-xugamani, li dawn ukoll mhumiex permessibbli.

L-istqarrija tgħid illi kull forma ta’ tinda jew struttura għola minn metru għandha tintrama fuq in-naħa ta’ wara tar-ramla biex ma jiġix ostakolat l-aċċess għall-bajjiet.

Ironikament, fl-aħħar tal-istqarrija jintqal illi n-nies “għandhom jużaw il-ġudizzju tagħhom u jirrispettaw lill-oħrajn”.