Lokali

€25,990 fi flus kontanti maqbuda fl-ajruport u fil-port

Waqt ħidma ta’ sorvelja minn uffiċjali tad-Dwana f’żewġ operazzjonijiet separati fl-ajruport u fil-port kienu kkonfiskati €25,990 fuq pasiġġieri li kienu qed idaħħluhom u joħorġuhom minn u fil-pajjiż.

L-uffiċjali tad-dwana fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta qabdu l-ammont ta’ €12,000 fuq passiġġier Malti li kien sejjer Istanbul.

Kważi €13,000 oħra f’ammont mhux dikjarat kien konfiskat fuq tfittxija ta’ rutina minn fuq diversi passiġġieri li kienu deħlin Malta minn Sqallija.

Il-persuni li jivvjaġġaw minn u lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma obbligati li jagħmlu dikjarazzjoni uffiċjali jekk ikunu qed iġorru €10,000 fi flus kontanti.