Lokali

FILMAT: Erba’ persuni l-Isptar wara ħabta bejn 6 karozzi f’Ħaż-Żebbuġ

AĠĠORNATA: Erba’ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kmieni waranofsinhar kienu nvoluti f’incident tat-traffiku fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ. Fl-inċident kienu nvoluti sitt vetturi, fosthom trakk tal-kostruzzjoni, li kien qiegħed iġorr gaffa u tliet vannijiet.

Fuq il-post waslu żewġ ambulanzi li ħadu l-erba’ persuni l-isptar, fosthom mara u anzjan mill-Mellieħa kif ukoll żewġ barranin li kienu passiggieri mar-raġel. Issejħet ukoll l-għajnuna tal- membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex inħarġu l-vittmi mill-vetturi.

Filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja, l-persuni li ttieħdu l-isptar ġew ċċertifikati li ġarbu ġrieħi ħfief.

Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone