Lokali

FILMAT: Il-mument li raġel isegwi vettura u jhedded sewwieq fil-ħemda tal-lejl

Raġel inqabad f’kameras tas-sigurtà ta’ residenza privata waqt li jsegwi karozza b’oġġett f’idu, li uża bħala arma biex hedded lis-sewwieq ta’ karozza.

Dan kollu seħħ il-Ħadd filgħaxija, ftit wara t-20:00, meta raġel deher għaddej fuq il-bankina ta’ Triq il-Ħemel, fis-Swieqi.

F’idu r-raġel kellu oġġett u għal xi raġuni, hekk kif kienet għaddejja karozza, iddeċieda li joħroġ għal nofs it-triq u jibda jsegwi l-vettura. Taħt theddida mir-raġel, ix-xufier jidher jirriversja l-vettura tiegħu, bl-agressur li jkompli jsegwih f’nofs ta’ triq.