Lokali

Il-Membru Parlamentari Laburista Manuel Mallia se jilħaq Chairman tal-OHSA

L-eks Ministru Laburista Manuel Mallia mistenni jiġi mlaħħaq chairman tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, b’€14,000 fis-sena. Dan żvelatu l-MaltaToday hekk kif se jkun qiegħed jieħu post Deo Debattista, wara li riċentament ngħata l-kariga ta Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien laħħaq lil Mallia bħala Ministru tal-Intern lura fl-2013 madanakollu tneħħa mill-pożizzjoni tiegħu madwar sena wara wara li x-xufier personali tiegħu kien involut fi sparatura.

Huwa rritorna lura fil-Kabinett lura fl-2016, responsabbli mill-Ministru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali.

Manuel Mallia falla mili jiġi elett fil-Parlament fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali madanakollu rnexxielu jikseb siġġu grazzi għall-elezzjoni każwali.