Għall-ewwel darba fl-istorja, il-Vatikan tefa’ il-100 funtani famużi tiegħu — fosthom żewġ kapulavuri Barokki – waqt il-perjodu twil ta’ nixfa li qed jiddomina fl-Italja b’effett għal żewġ -terzi tal-art agrikola.
Kelliema għall-Vatikan qalu li din kienet inizjattiva ta’ solidarjetà mal-poplu Ruman matul il-kriżi, meta n-nixfa swiet il-qasam agrikolu Taljan madwar 2 biljun ewro. Id-deċiżjoni kienet anki konformi mal-ħsibijiet ekoloġiċi tal-Papa, fis-sens li wieħed m’għandux jaħli r-riżorsi filwaqt li jibqa’ konxju dejjem mid-dover għas-sagrifiċċju.
L-aħħar staġun tar-rebbiegħa ġab it-tielet l-akbar nixfa għal dawn l-aħħar 60 sena fl-Italja. Dan meta Ruma batiet minn sentejn ta’ xita taħt il-medja u aktar tard din il-ġimgħa, l-awtoritajiet fil-kapitali jridu jiddeċiedu jekk jintroduċux rationing drastiku għall-ilma.
//= $special ?>

