Il-Gvernijiet Libjani tal-Libja impenjaw għal waqfien mill-ġlied mingħajr kundizzjonijiet, b’dan l-iżblokk kruċjali jseħħ wara taħditiet fi Franza.
Il-Prim Ministru tal-Gvern Libjan appoġġjat min-Nazzjonijiet Uniti, Fayez al-Sarraj u Khalifa Haftar, il-kmandant militari rivali li jikkontrolla l-Lvant tal-Libja, iltaqgħu f’Pariġi minfejn ħarġet stqarrija li ‘huma (in-naħat Libjani rivali) qed jimpenjaw ruħhom biex iżommu lura mill-qawwa armata għal kwalunkwe għan li ma jikkostitwix azzjoni għal kontra t-terroriżmu’.
Dan qed jitqies bħala pass importanti lejn tmiem il-konflitt li ilu jifni lil-Libja mindu tqaċċat ir-reġim tal-eksdittatur Libjan, Muammar Gaddafi, fl-2011.
Sadanittant, il-President ta’ Franza, Emmanuel Macron, qal li r-rivali tal-Libja jistgħu ‘dalwaqt’ jibdew jitqiesu bħala simboli tar-rikonċiljazzjoni fil-Libja.
//= $special ?>

