Internazzjonali Kurżitajiet

L-ISTATI UNITI: Kumpanija tpoġġi ċippa f’id il-ħaddiema

Biċ-ċippa tista' tiftaħ il-bibien u tixtri l-ikel

Kumpanija f’Wisconsin saret l-ewwel kumpanija Amerikana illi poġġiet ċippa f’idejn il-ħaddiema tagħha.

Il-microchip tpoġġiet bla ħlas fl-id ta’ 50 ħaddiem tal-kumpanija Three Square Market. Iċ-ċippa tiswa’ €257, u biha l-impjegati ikunu jistgħu jiftħu l-bibien, jillogjaw fil-kompkuters u saħansitra jixtru l-ikel mill-ħanut jew mill-magna tax-xogħol.

Patrick McMullan, f’isem Three Square, saħaq illi fi żmien qasir il-ħaddiema kollha se jkunu qed jitolbu li ssirilhom din iċ-ċippa.

Jidher illi l-proċedura biex titpoġġa’ din iċ-ċippa hija waħda sempliċi ħafna, u tinvolvi biss labra.