L-istorja ewlenija ta’ In-Nazzjon tittratta dak li qiegħed jiġri fit-tmexxija tal-Ħabs ta’ Kordin, bil-ġurnal jikkwota lill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Partit, Beppe Fenech Adami, jiddeskrivi kif il-Ħabs inbidel minn post korrettiv għal wieħed distruttiv.
In-Nazzjon ukoll kompla jinvestiga dak li seħħ fis-serqa ta’ oġġetti prezzjużi mill-Kolleġġjata ta’ Bormla. Joe Mikallef jirrapporta kif il-ħallelin riedu jisirqu wkoll il-ġilandra tal-fidda u jiżgassaw in-niċċa tal-Kunċizzjoni
Stejjer oħrajn jittrattaw il-kuntratt moħbi li l-Gvern iffirma mal-barranin dwar it-tmexxija tal-isptarijiet pubbliċi, u divesi rapporti b’rabta mal-elezzjoni għall-Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Fil-paġni tal-analiżi politika nsibu llum l-opinjoni ta’ Mario Schiavone u Jason Azzopardi, u artiklu interessanti ta’ Euchar Mizzi dwar il-ġiti fis-Slovenja.
//= $special ?>