Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic jista’ jitlef l-Open tal-Istati Uniti

Djokovic kellu jirtira mill-kwarti tal-finali ta' Wimbledon minħabba l-uġigħ

Novak Djokovic jinsab dubjuż biex jilgħab fl-Open tal-Istati Uniti minħabba li weġġa’ l-minkeb, skont dak li qed jgħidu li qal it-tabib ta’ Davis Cup tas-Serbja lill-media ta’ pajjiżu. Djokovic kellu jirtira bl-uġigħ fil-kwarti tal-finali ta’ Wimbledon u qal li kien qed jikkunsidra li jieħu pawża mil-logħob biex jirkupra minn dan l-uġigħ fil-minkeb tal-lemin li ilu jsofri biha.

Sportski Zurnal tas-Serbja rraporta li t-tennista ta’ 30 sena jista’ jagħmel sa 12-il ġimgħa barra mill-azzjoni. Zdenko Milinkovic kien kwotat jgħid li għandu problema f’għadma minħabba logħob eċċessiv. Djokovic jinsab f’Toronto biex jagħmel aktar testijiet mal-ispeċjalisti.

It-12-il darba Champion ta’ Grand Slam, rebaħ l-Open tal-Istati Uniti fl-2011 u fl-2015. It-tournament ta’ din is-sena jibda fit-28 ta’ Awwissu.

Tags