Lokali Qorti

Reazzjoni vjolenti wara li sar jaf li l-mara kienet transgender

Raġel ta’ 35 sena kien ikkundannat għal 18-il xahar ħabs, sospiżi għal sentejn wara li ammetta li kkaġuna ġrieħi ħfief lil mara li kien qed joħroġ magħha. Hu kien immultat €800.

L-inċident seħħ il-Ħadd filgħaxija, meta r-raġel, li ismu mhux qed jixxandar fuq ordni tal-Qorti, kien mistieden fl-appartament tal-mara. Meta s-serata ħadet xejra intima, ir-raġel skopra li fir-realta’, il-mara kienet transġender u ammetta li kellu reazzjoni vjolenti.

Quddiem il-Maġistrat Anthony Ellul, ir-raġel kien akkużat li ħebb għall-mara u kkaġunalha ġrieħi ta’ natura ħafifa, li kkaġuna ħsara fil-propjeta’ tagħha li taqbeż €2,500, li darab numru ta’ pulizija li marru fuq il-post waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u li kiser il-paċi pubblika.

Ir-raġel kien assistit mill-Avukat Joe Giglio filwaqt li l-Prokuratur Legali Peter Paul Zammit deher parte civile għall-vittma.

Tags