Lokali

Sewwieq jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Ritratt mill-arkivji

Raġel ta’ 44 sena mir-Rabat weġġa’ gravi wara li l-Erbgħa għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq id-Difiża Ċivili, il-Mosta.

Jirriżulta li r-raġel kien qed isuq trakk tat-tip Iveco u għal xi raġuni tilef il-kontrol u kellu impatt ma’ arblu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.  Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.