Barman Franċiż, Salah M’Raoui, ta’ 30 sena, inżamm arrestat wara li ċaħad li seraq iPad, kompjuter u żewġ bagalji ta’ resident barrani. M’Raoui ġie akkużat li fl-20 ta’ Lulju kien kompliċi f’serq aggravat, u li ta permess biex tinstaq karozza li ma kinitx koperta minn polza tal-assikurazzjoni.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud ordnat li l-akkużat jinżamm taħt arrest, minkejja li d-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Silvio Magro qalet li l-akkużat ma jistax jiġi fdat, hekk kif matul din il-ġimgħa sakemm saru l-investigazzjonijiet huwa biddel l-indirizz fejn joqgħod bħalissa.
Il-prosekuzzjoni sostniet li l-akkużat sa anke sfida lill-pulizija, fejn allega li l-ispettur kien ‘razzist’. Intqal ukoll li M’Raoui kien akużat li reġa qalha l-inkwiet meta kien qed jiġi skortat lejn iċ-ċella.
//= $special ?>