Mara ta’ 32 sena miż-Żebbuġ Għawdex fil-Qorti weħħlet multa ta’ €5,000 wara li nstabet ħatja li mmalafamat lill-Avukat Kevin Mompalao permezz ta’ messaġġ bil-mobile.
Il-każ seħħ f’Marzu ta’ din is-sena meta l-mara bagħtet messaġġ li fih kitbet kliem malafamanti dwar l-Avukat. Din il-komunikazzjoni ġiet ikkonfermata wkoll li saret min-numru tal-mobile tagħha mis-‘service provider’.
B’hell il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud sabet lill-imputata ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u kkundannata multa ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €2,000.
//= $special ?>