Madwar 4,000 ħaddiem tat-tifi tan-nar tħabtu mhux ftit biex ikkontrollaw nirien kbar viċin Bormes-les-Mimoses, fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côte f’Azur fix-xlokk ta’ Franza, li kkawżat l-evakwazzjoni ta’ 10,000 persuna tul il-lejl.
Iktar kmieni, Franza talbet l-assistenza tal-ġirien Ewropej sabiex jiġu kkontrollati n-nirien, li ħarqu madwar 20 kilometru kwadru ta’ art kemm tul il-kosta Mediterranja (partikolarment fiċ-ċentru turistiku ta’ Saint-Tropez), kemm fuq il-muntanji kif ukoll fuq il-gżira ta’ Korsika. Dawn iż-żoni fis-sajf jirdupjaw jekk mhux jittriplaw fil-popolazzjoni.
//= $special ?>

